Ngħinu lir-reġjuni u l-bliet fil-ġlieda kontra l-coronavirus  

It-tifqigħa tal-COVID-19 tkompli tespandi globalment. Il-gvernijiet fil-livelli kollha, u b’mod partikolari l-awtoritajiet lokali u reġjonali, qed jintalbu jipprovdu servizzi ta’ emerġenza, jikkomunikaw dwar kif jinxtered il-coronavirus, jikkoordinaw l-isforzi, u jimmitigaw kemm jista’ jkun l-impatt fuq l-ekonomiji.

Il-mexxejja reġjonali u lokali jinsabu fuq quddiem nett fil-ġlieda kontra l-pandemija. Huma jeħtieġu b’mod urġenti koordinazzjoni aħjar bejn il-livelli kollha ta’ governanza; provvidement aħjar ta’ tagħmir essenzjali; appoġġ finanzjarju rapidu u faċli biex jintuża biex jiġu indirizzati l-ħtiġijiet immedjati, u soluzzjonijiet pragmatiċi biex jadattaw għall-ħtiġijiet lokali u reġjonali.

Pjan ta’ azzjoni

F’dawn iċ-ċirkostanzi straordinarji, il-Kumitat tar-Reġjuni, bħala l-punt ta’ kuntatt u l-punt ta’ referenza bejn l-Unjoni Ewropea u l-gvernijiet lokali u reġjonali tiegħu, approva pjan biex jassisti, jinforma, jinvolvi u jirrappreżenta lir-reġjuni u l-bliet madwar l-Ewropa billi:

1. irawwem l-appoġġ tal-UE għall-awtoritajiet lokali u reġjonali fis-settur tas-saħħa, permezz tas-sejħa għal Mekkaniżmu tal-UE għall-Emerġenzi tas-Saħħa;

2. joħloq pjattaforma għall-iskambju sabiex irawwem il-kooperazzjoni u jiffaċilita l-appoġġ reċiproku bejn il-bliet u r-reġjuni madwar l-UE;

3. jipprovdi, permezz ta’ mekkaniżmi tal-KtR, rispons konkret mill-angolu lokali u reġjonali dwar kif għandhom jiġu indirizzati l-aspetti tas-saħħa, soċjali u ekonomiċi tal-pandemija u r-rispons għall-emerġenza, u l-impatt tagħhom fuq in-nies u l-komunitajiet lokali tagħhom;

4. jipprovdi informazzjoni prattika u regolari lill-awtoritajiet lokali u reġjonali dwar miżuri tal-UE biex jindirizzaw il-kriżi;

5. jiffaċilita kontroll tar-realtà fil-prattika tal-miżuri tal-UE biex tiġi miġġielda l-pandemija; jiġbor evidenza biex jittejbu l-politiki tal-UE abbażi tal-esperjenzi tal-livell lokali u reġjonali (kontroll tas-saħħa tal-politika).

Aqra aktar dwar il-Pjan ta’ Azzjoni hawnhekk .

#EuropeansAgainstCovid19​

Adopted Opinions

Opinions currently in discussion

No results.
Informazzjoni relatata
Links
@EU_CoR