Ipparteċipa 

Il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni (KtR) jinkuraġġixxi l-parteċipazzjoni fil-livelli kollha , mill-awtoritajiet reġjonali u lokali saċ-ċittadini. Skopri kif tista' tieħu sehem!

Stħarriġiet onlajn , konsultazzjonijiet u avvenimenti huma miftuħin għall-awtoritajiet reġjonali u lokali, l-assoċjazzjonijiet, l-NGOs, l-esperti u l-akkademiċi.

Żjarat għall-KtR u l-librerija huma miftuħin għall-pubbliku.

Taqsimiet

Konsultazzjonijiet

L-għan tal- konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati huwa li jiġu stabbiliti kuntatti bejn ir-relaturi u r-rappreżentanti tad-diversi partijiet ikkonċernati bħall-assoċjazzjonijiet tal-awtoritajiet lokali u reġjonali u l-uffiċċji lokali jew reġjonali. Il-partijiet ikkonċernati, li jieħdu sehem f'dawn il-konsultazzjonijiet, jiddiskutu l-fehmiet tagħhom mar-relatur, li jista' jiddeċiedi jinkludihom fl-abbozz ta' opinjoni.​​


Ibbukkja ż-żjara

Il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni (KtR) jorganizza żjarat ta’ informazzjoni għall-membri tal-pubbliku li jkunu jixtiequ jsiru jafu iżjed dwar kif jaħdem il-KtR u dwar ir-rwol tar-reġjuni fit-tiswir tal-kontenut tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni Ewropea.

Ippjana żjara fil-KtR.​


Ikkondividi :
 
Back to top