Apostolos Tzitzikostas 

L-ewwel Viċi President 

​Apostolos Tzitzikostas twieled fit-2 ta' Settembru 1978. Huwa studja r-relazzjonijiet governattivi u internazzjonali fl-Università ta' Georgetown, f'Washington DC. Wara li ggradwa fl-2000, huwa kellu l-ewwel esperjenza ta' xogħol tiegħu fl-Uffiċċju tal-President tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin tal-Kungress tal-Istati Uniti. Fl-2002 kiseb Lawrja ta' Masters fil-Politika Pubblika Ewropea u l-Ekonomija mill-University College London. Wara l-istudji tiegħu, huwa ħoloq il-kumpanija tiegħu fil-qasam tal-produzzjoni, l-ipproċessar u l-istandardizzazzjoni tal-prodotti tal-ħalib, abbażi ta' standards organiċi.

Fl-2007, ġie elett membru tal-Parlament Grieg mal-partit Nea Demokratia (PPE) fl-Ewwel Distrett ta' Salonka. Fl-elezzjonijiet reġjonali ta' Novembru 2010, ġie elett Viċi Gvernatur tar-Reġjun tal-Maċedonja Ċentrali u Kap taż-Żona Metropolitana ta' Salonka. Fl-elezzjonijiet reġjonali ta' Mejju 2014, ġie elett Gvernatur tar-Reġjun tal-Maċedonja Ċentrali, u fl-elezzjonijiet reġjonali ta' Mejju 2019 ġie elett mill-ġdid Gvernatur tar-Reġjun tal-Maċedonja Ċentrali. F'Novembru 2019 ġie elett President tal-Assoċjazzjoni tar-Reġjuni Griegi.

Apostolos Tzitzikostas ilu sa mill-2015 membru tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni. F'Lulju 2017, ġie elett Kap tad-Delegazzjoni Griega u Viċi President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni. Huwa jitkellem sew l-Ingliż u l-Franċiż u l-artikli tiegħu jiġu ppubblikati regolarment fil-gazzetti u r-rivisti Griegi u barranin.

Taqsimiet

Diskorsi

It-Tim Tiegħi

Ikkondividi :
 
Back to top