Is-Segretarju
Ġenerali tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni għandu r-responsabbiltà ġenerali li
jħejji l-proċedimenti u d-deċiżjonijiet ta’ implimentazzjoni li jittieħdu
mill-korpi statutorji: l-Assemblea Plenarja, il-Bureau, il-Konferenza
tal-Presidenti u l-President innifsu. Bħala kap tas-segretarjat, huwa
jissorvelja l-appoġġ lill-membri bħala rappreżentanti ta’ aktar minn miljun
politiku elett fil-livell lokali u reġjonali madwar l-UE.
Is-Segretarju
Ġenerali jappoġġja wkoll lill-President biex jirrappreżenta l-interessi tal-KtR
lill-istituzzjonijiet u l-korpi l-oħrajn tal-UE, kif ukoll billi jimmaniġġja
l-operazzjonijiet ta’ kuljum tal-amministrazzjoni, tas-servizzi għall-membri,
tal-ħidma politika, tal-baġit u tal-komunikazzjoni.
Curriculum vitae