Komunikazzjonijiet KtR: nerġgħu nressqu ċ-ċittadini qrib tal-Ewropa 

Taqsimiet


Il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni (KtR) għandu l-għan li jistabbilixxi mill-ġdid il-fiduċja taċ-ċittadini fl-Unjoni Ewropea. Peress li huwa magħmul minn membri eletti reġjonalment kif ukoll lokalment, il-KtR – flimkien mal-istituzzjonijiet l-oħra tal-UE – għandu rwol leġittimu sabiex jerfa' r-responsabbiltà tiegħu rigward dan il-kompitu. F'dan il-kuntest, il-KtR adotta strateġija ta' komunikazzjoni għall-perjodu 2015-2020, li tenfasizza l-ħtieġa għal approċċ ta' komunikazzjoni kkoordinat aħjar, miftuħ, bidirezzjonali u parteċipatorju sabiex iċ-ċittadini jitressqu mill-ġdid qrib tal-Ewropa.

Il-membri tal-KtR għandhom rwol ċentrali huma stess fl-istrateġija ta' komunikazzjoni tal-KtR u sabiex jikkomunikaw dwar l-Ewropa. Huma responsabbli biex jintroduċu l-informazzjoni u d-dikjarazzjonijiet li jirriflettu l-perspettiva lokali fil-livell tal-UE u, fl-istess ħin, huma l-multiplikaturi l-aktar importanti tal-messaġġi istituzzjonali tal-KtR diretti lejn iċ-ċittadini u l-istituzzjonijiet tal-UE.

Il-KtR jista' jġib valur miżjud permezz ta' attivitajiet ta' komunikazzjoni indirizzati lejn iż-żewġ udjenzi fil-mira ewlenin tiegħu: l-awtoritajiet reġjonali u lokali u l-istituzzjonijiet tal-UE. Barra minn hekk, il-KtR se jagħmel użu mill-arranġamenti (eżistenti u ġodda) tiegħu mal-istituzzjonijiet l-oħra tal-UE, pereżempju billi jikkoopera mas-servizzi ta' komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-UE.

Għal aktar informazzjoni, jekk jogħġbok ikkonsulta l-Istrateġija ta' Komunikazzjoni tal-KtR 2015-2020, li ser tiġi implimentata permezz ta' pjanijiet ta' komunikazzjoni annwali li jistabbilixxu għadd limitat ta' prijoritajiet tematiċi.

Filwaqt li l-Pjan ta' komunikazzjoni 2016 iffoka fuq it-tisħiħ tal-impjiegi, it-tkabbir u l-investiment, b'enfasi fuq id-dimensjoni territorjali tal-baġit tal-UE u l-appoġġ għall-istabbiltà globali permezz tal-kooperazzjoni reġjonali u lokali, il-Pjan ta' komunikazzjoni 2017 jipproponi li jitkomplew l-isforzi mnedija fl-2016 u li tissokta l-analiżi dwar l-Ewropa biex terġa' tinbena l-fiduċja fl-UE. Filwaqt li jibni fuq dan, il-pjan ta' Komunikazzjoni tal-2018 iħeġġeġ aktar id-dibattitu dwar il-futur tal-UE, il-finanzi tal-ġejjieni tal-UE u t-tfassil ta' politika tal-UE abbażi tal-evidenza lokali u reġjonali. Ippubblikat reċentement, il-pjan ta' Komunikazzjoni tal-2019 għandu l-għan li juri li r-reġjuni u l-bliet huma strumentali fil-bini ta' Ewropa koeżiva, inklużiva u sostenibbli u li, għaldaqstant, il-KtR għandu jingħata rwol aktar b'saħħtu fit-teħid tad-deċiżjonijiet tal-UE.

Jekk għandek xi mistoqsijiet, jekk jogħġbok ikkuntattjana fuq communication@cor.europa.eu

Dokumenti

Final Evaluation Report of the 2015-2020 Communication Strategy of the European Committee of the Regions

Ikkondividi:
 
Back to top