Eks Presidenti 

Kull sentejn u nofs, l-Assemblea Plenarja teleġġi l-President tal-KtR u l-ewwel Vi ċi President. Il-President j(t)irrappreżenta l-Kumitat u j(t)idderieġi l-ħidma tiegħu. Fl-assenza jew l-indisponibbiltà tal-President, huwa għandu jkun rappreżentat/hija għandha tkun rappreżentata mill-ewwel Viċi President jew xi ħadd mill-Viċi Presidenti l-oħra.

  1. portrait of Apostolos Tzitzikostas

    Apostolos Tzitzikostas

    il-Greċja
     
    2020 - 2022il-Greċja, PPE (Il-Partit Popolari Ewropew)

    Frar 2020: Apostolos Tzitzikostas (PPE), Gvernatur tar-Reġjun tal-Maċedonja Ċentrali fil-Greċja, ġie elett President. Huwa u jindirizza t-329 membru tal-Kumitat, il-President stabbilixxa t-tliet prijoritajiet ewlenin għal matul il-mandat tiegħu: “L-ewwel nett, l-Unjoni Ewropea trid tkun għas-servizz tal-popli tagħha u tal-postijiet fejn jgħixu fl-irħula, il-bliet u r-reġjuni tagħhom. Irridu nappoġġjaw il-koeżjoni territorjali, l-innovazzjoni, l-intraprenditorija, iżda nsibu wkoll soluzzjonijiet kredibbli għall-ġestjoni tal-migrazzjoni waqt li naġixxu b’solidarjetà. It-tieni, ir-reġjuni u l-bliet iridu jiffukaw fuq il-fehim u r-rispons għat-trasformazzjonijiet profondi tar-rivoluzzjonijiet ekoloġiċi, diġitali u demografiċi attwali. Fl-aħħar nett, irridu nsaħħu d-demokrazija Ewropea, filwaqt li npoġġu r-reġjuni u l-bliet fil-qalba tagħha, sabiex inqarrbu l-Ewropa lejn in-nies.”

    Aqra aktar
  2. portrait of Karl-Heinz Lambertz

    Karl-Heinz Lambertz

    il-Belġju
     
    2017 - 2019il-Belġju, PSE (Il-Partit Soċjalista Ewropew)

    Lulju 2017: Karl-Heinz Lambertz (PSE/BE), membru tas-Senat Belġjan li jirrappreżenta lill-Komunità li titkellem bil-Ġermaniż, ġie elett President. Karl-Heinz ilu membru tal-KtR sa mill-2001, u kien President tal-Grupp PSE tal-KtR (2011-2015). Ilu membru tal-Kungress tal-Awtoritajiet Lokali u Reġjonali tal-Kunsill tal-Ewropa sa mill-2000.

  3. portrait of Markku Markkula

    Markku Markkula

    il-Finlandja
     
    2015 - 2017il-Finlandja, PPE (Il-Partit Popolari Ewropew)

    Frar 2015: Markku Markkula, membru tal-Bord tal-Kunsill Reġjonali ta’ Ħelsinki u President tal-Bord tal-Ippjanar tal-Belt ta’ Espoo, ġie elett President. Kien membru tal-Parlament Finlandiż (1995-2003). Matul dan iż-żmien, kien membru ta’ żewġ kumitati parlamentari permanenti: il-Kumitat għax-Xjenza, l-Edukazzjoni u l-Kultura, u l-Kumitat għall-Futur. Fir-rwol internazzjonali tiegħu bħala membru parlamentari, huwa ppresieda l-Kunsill tan-Network Parlamentari Ewropew għall-Valutazzjoni tat-Teknoloġija (European Parliamentary Technology Assessment Network, EPTA).

  4. portrait of Michel Lebrun

    Michel Lebrun

    il-Belġju
     
    2014 - 2015il-Belġju, PPE (Il-Partit Popolari Ewropew)

    Ġunju 2014: Michel Lebrun, kunsillier lokali f’Viroinval (il-Belġju), ġie elett President. Wara li ggradwa fil-Filosofija u l-Letteratura mill-Università Kattolika ta’ Louvain fl-1970, beda l-karriera politika tiegħu fl-1977 meta ġie elett Viċi Sindku tal-Kunsill tal-Belt ta’ Viroinval (il-Belġju). Mill-1992 sal-1999 kien il-Ministru għall-Edukazzjoni Għolja, ir-Riċerka u r-Relazzjonijiet Internazzjonali fil-Komunità Franċiża, qabel ma ħa l-kariga ta’ Ministru għall-Ippjanar, l-Infrastruttura, it-Trasport u t-Telekomunikazzjoni fil-Gvern ta’ Wallonia.

  5. portrait of Ramón Luis Valcárcel Siso

    Ramón Luis Valcárcel Siso

    Spanja
     
    2012 - 2014Spanja, PPE (Il-Partit Popolari Ewropew)

    Lulju 2012: Ramón Luis Valcárcel Siso, President tal-Komunità Awtonoma ta’ Murcia, ġie elett President. Wara li ggradwa fl-Arti u l-Filosofija mill-Università ta’ Murcia, għallem l-istorja tal-arti waqt li wettaq riċerka relatata mal-arti u l-istorja tar-Reġjun ta’ Murcia. Fid-diskors tiegħu lill-plenarja, qal li l-prijoritajiet tiegħu kienu n-negozjati kontinwi għall-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2014-2020, il-fażi l-ġdida tal-fondi strutturali u l-politika Ewropea ta’ kooperazzjoni territorjali.

  6. portrait of Mercedes Bresso

    Mercedes Bresso

    l-Italja
     
    2010 - 2012l-Italja, PSE (Il-Partit Soċjalista Ewropew)

    Frar 2010: Mercedes Bresso, membru tal-Kunsill Reġjonali tal-Piemonte, ġiet eletta President tal-Kumitat tar-Reġjuni fl-10 ta’ Frar 2010 u daħlet fil-kariga fid-9 ta’ Ġunju 2010. Bresso qalet li: “L-awtoritajiet lokali u reġjonali jistgħu jservu bħala punt ta’ referenza għall-Ewropa f’dawn l-oqsma kollha. Jinsabu fuq quddiem nett fi żminijiet ta’ kriżi u minn dejjem kienu l-ixpruni ġenwini tal-innovazzjoni ekonomika, soċjali u ambjentali.” Sal-lum, Mercedes Bresso hija l-unika mara li qatt ġiet eletta President tal-KtR.

  7. portrait of Luc Van den Brande

    Luc Van den Brande

    il-Belġju
     
    2008 - 2010il-Belġju, PPE (Il-Partit Popolari Ewropew)

    Frar 2008: Luc Van den Brande, Senatur fil-Parlament Belġjan u membru tal-KtR (PPE/BE) sa mit-twaqqif tiegħu, ġie elett President tal-Kumitat. Fid-diskors tiegħu lill-assemblea plenarja ddikjara li: “Għandna bżonn inneħħu l-idea ġerarkika tal-Ewropa bħala piramida li tqiegħed lill-UE ’l fuq mill-Istati Membri, l-Istati Membri ’l fuq mir-reġjuni, u lir-reġjuni ’l fuq mill-bliet u l-kunsilli lokali.”

  8. portrait of Michel Delebarre

    Michel Delebarre

    Franza
     
    2006 - 2008Franza, PSE (Il-Partit Soċjalista Ewropew)

    Frar 2006: Michel Delebarre, Sindku ta’ Dunkirk (Reġjun ta’ Nord-Pas de Calais) u Membru tal-Parlament Franċiż, ġie elett President tal-Kumitat tar-Reġjuni. Huwa ddikjara x-xewqa tiegħu li jagħmel lill-Kumitat tar-Reġjuni assemblea Ewropea ġenwinament politika, li tkun kapaċi tikkontribwixxi għat-tnedija mill-ġdid ta’ dibattitu dwar l-Ewropa, u identifika l-Istrateġija ta’ Lisbona bħala waħda mill-prijoritajiet strateġiċi tal-KtR.

  9. portrait of Peter Straub

    Peter Straub

    il-Ġermanja
     
    2004 - 2006il-Ġermanja, PPE (Il-Partit Popolari Ewropew)

    Frar 2004: Peter Straub, President tal-Parlament Reġjonali Ġermaniż ta’ Baden-Württemberg, ġie elett President tal-KtR. L-għanijiet ewlenin tiegħu jinkludu t-tisħiħ tar-relazzjonijiet interistituzzjonali u s-sensibilizzazzjoni dwar il-ħidma tal-Kumitat fl-Istati Membri l-ġodda.

  10. portrait of Albert Bore

    Albert Bore

    United Kingdom
     
    2002 - 2004United Kingdom, PSE (Il-Partit Soċjalista Ewropew)

    Frar 2002: Sir Albert Bore, mexxej tal-Kunsill tal-Belt ta’ Birmingham, ġie elett President tal-Kumitat tar-Reġjuni. Huwa identifika żewġ għanijiet ewlenin għall-mandat tiegħu: l-iżgurar li l-politika reġjonali tibqa’ xprun fil-qalba tal-aġenda tal-UE, u l-indirizzar tad-“defiċit demokratiku” li wassal biex il-pubbliku ġenerali jħossu eskluż mill-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet tal-UE.

  11. portrait of Jos Chabert

    Jos Chabert

    il-Belġju
     
    2000 - 2002il-Belġju, PPE (Il-Partit Popolari Ewropew)

    Frar 2000: Jos Chabert, Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u t-Trasport fil-gvern tar-Reġjun ta’ Brussell Kapitali, ġie elett President tal-KtR. Huwa ħeġġeġ lill-Kumitat joħloq rabtiet aktar mill-qrib mal-Parlament Ewropew u mal-Kunsill tal-Ministri, u appella għal enfasi ikbar fuq opinjonijiet politiċi u inqas fuq opinjonijiet tekniċi. Il-ħames prijoritajiet politiċi tiegħu kienu l-impjiegi, il-politika urbana, iċ-ċittadinanza Ewropea, l-ambjent u t-tkabbir.

  12. portrait of Manfred Dammeyer

    Manfred Dammeyer

    il-Ġermanja
     
    1998 - 2000il-Ġermanja, PSE (Il-Partit Soċjalista Ewropew)

    Frar 1998: Manfred Dammeyer, Ministru għall-Affarijiet Federali u Ewropej għal-Land Ġermaniż ta’ Nordrhein-Westfalen, ġie elett President tal-KtR. Huwa ħeġġeġ awtonomija akbar għar-reġjuni, l-istati federali u l-provinċji fil-ġestjoni tal-fondi strutturali, kif ukoll politika agrikola tal-UE aktar kompetittiva. L-assemblea rratifikat proposta tal-Bureau biex isir tibdil fin-numru, il-kompożizzjoni u l-mandat tal-kummissjonijiet tal-KtR sabiex ikunu jistgħu jittrattaw b’mod aktar effettiv l-oqsma l-ġodda ta’ responsabbiltà mogħtija lill-Kumitat mit-Trattat ta’ Amsterdam.

  13. portrait of Pasqual Maragall I Mira

    Pasqual Maragall I Mira

    Spanja
     
    1996 - 1998Spanja, PSE (Il-Partit Soċjalista Ewropew)

    Marzu 1996: Pasqual Maragall I Mira, Sindku ta’ Barċellona, ġie elett President tal-KtR. Huwa wiegħed li jiffoka fuq il-bini ta’ organizzazzjoni interna trasparenti u leġittima u li l-KtR jingħata status istituzzjonali.

  14. portrait of Jacques Blanc

    Jacques Blanc

    Franza
     
    1994 - 1996Franza, PPE (Il-Partit Popolari Ewropew)

    Marzu 1994: Jacques Blanc, mexxej tal-Kunsill Reġjonali ta’ Languedoc-Roussillon, ġie elett bħala l-ewwel President, u Pasqual Maragall I Mira (PSE/ES) bħala l-Ewwel Viċi President.

Ikkondividi:
 
Back to top