Avviż legali importanti 

L-informazzjoni f'dan is-sit hi soġġetta għal dikjarazzjoni ta' ċaħda tar-responsabbiltà, avviż dwar id-drittijiet tal-awtur u r-regoli relatati mal-protezzjoni tad-data personali.

Taqsimiet

Dikjarazzjoni ta' ċaħda tar-responsabbiltà

Il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni jżomm dan is-sit web biex itejjeb l-aċċess tal-pubbliku għall-informazzjoni dwar l-inizjattivi tiegħu u l-politiki tal-Unjoni Ewropea b'mod ġenerali. L-għan tagħna huwa li nżommu din l-informazzjoni aġġornata u preċiża. Jekk tinġibdilna l-attenzjoni dwar xi żbalji, aħna nippruvaw nikkoreġuhom.

Madankollu, il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni ma jaċċetta l-ebda responsabbiltà jew obbligu fir-rigward tal-informazzjoni fuq dan is-sit.

Din l-informazzjoni:

  • hija ta' natura ġenerali biss u mhix intiża biex tindirizza ċ-ċirkostanzi speċifiċi ta' xi individwu jew entità partikolari;
  • mhix neċessarjament komprensiva, kompluta, preċiża jew aġġornata;
  • xi drabi hija assoċjata ma' siti esterni li s-servizzi tal-Kumitat ma għandhom l-ebda kontroll fuqhom u li għalihom il-Kumitat ma jassumi l-ebda responsabbiltà;
  • mhix parir professjonali jew legali (jekk teħtieġ parir speċifiku, għandek dejjem tikkonsulta professjonist kwalifikat kif xieraq).

Jekk jogħġbok kun af li ma hemmx garanzija li dokument disponibbli onlajn jirriproduċi eżatt test li jkun ġie adottat uffiċjalment. Hija biss il-leġislazzjoni tal-Unjoni Ewropea ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea li titqies awtentika.

Huwa l-għan tagħna li nnaqqsu t-tfixkil ikkawżat minn żbalji tekniċi. Madankollu, xi data jew informazzjoni fuq is-sit tagħna setgħu nħolqu jew ġew strutturati f'fajls jew formati li ma jkunux mingħajr żbalji u ma nistgħux niggarantixxu li s-servizz tagħna ma jiġix interrott jew affettwat b'mod ieħor minħabba problemi bħal dawn. Il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni ma jaċċetta l-ebda responsabbiltà fir-rigward ta' problemi bħal dawn li jkunu ġġarrbu b'riżultat tal-użu ta' dan is-sit jew kwalunkwe sit estern marbut miegħu.

Din id-dikjarazzjoni ta' ċaħda ta' responsabbiltà mhijiex maħsuba biex tillimita r-responsabbiltà tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni bi ksur ta' kwalunkwe rekwiżit stipulat fil-liġi nazzjonali applikabbli jew biex teskludi r-responsabbiltà tiegħu għal kwistjonijiet li ma jistgħux ikunu esklużi skont dik il-liġi.

Avviż tad-drittijiet tal-awtur

© Unjoni Ewropea, 1995-2019

Ir-riproduzzjoni hija awtorizzata, dment li jkun rikonoxxut is-sors, ħlief fejn ikun speċifikat mod ieħor.

Meta jkollu jinkiseb permess minn qabel għar-riproduzzjoni jew l-użu ta' informazzjoni testwali u multimedjali (ħoss, immaġni, softwer, eċċ.), tali permess għandu jħassar il-permess ġenerali msemmi hawn fuq u jindika biċ-ċar kull restrizzjoni dwar l-użu.

Politika ta' moderazzjoni għall-midja soċjali

Ninsabu fuq il-midja soċjali!
Il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni joffri pjattaforma li tiffoka fuq ir-reġjuni u l-bliet fl-UE u għandu preżenza fil-midja soċjali li tinkludi Facebook, Twitter, LinkedIn, Instagram u YouTube. Nilqgħu l-opinjonijiet, il-ħsibijiet u l-ideat politiċi kollha, u nħeġġuk tipparteċipa fid-diskussjonijiet onlajn tagħna. Jekk jogħġbok ħossok liberu li tikkummenta u taqsam il-kontenut tagħna.

Prinċipji
Nitolbuk tosserva l-prinċipju fundamentali ta' mġiba tajba. Ma naċċettawx kummenti offensivi jew insulti u lingwaġġ mhux xieraq. Jekk jogħġbok irrispetta lil utenti oħra bħalek u l-prinċipji fundamentali komuni tagħna lkoll. Aħna ngħidu le għar-razziżmu, le għall-ksenofobja, u le għad-diskriminazzjoni bbażati fuq ir-reliġjon, l-oriġini etnika, il-ġeneru jew l-orjentazzjoni sesswali. Ma naċċettawx sejħiet għall-vjolenza u diskors ta' mibegħda. Ir-regoli tagħna jipprojbixxu wkoll kummenti li huma defamatorji, illegali jew li jinkludu ksur tad-drittijiet tal-awtur. Aħna se nħassru dawn it-tipi ta' kummenti u nistgħu nipprojbixxu lill-utenti li ripetutament jużaw lingwaġġ offensiv, kif ukoll persuni li jagħmluha ta' persuni pubbliċi jew li jużaw kontijiet foloz. Nirriżervaw id-dritt li nħassru bħala spam dawk il-posts li jkunu ripetittivi b'mod eċċessiv, li jkunu twal wisq jew li jfixklu l-komunità, kif ukoll reklamar mhux mitlub. Inħeġġuk biex tibgħat kummenti li jirrispettaw is-suġġett u tikkontribwixxi għad-dibattiti li jkunu għaddejjin.

Ġestjoni
Dawn il-pjattaformi tal-midja soċjali jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Unità tal-Midja Soċjali u Diġitali u l-Pubblikazzjonijiet tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni, b'appoġġ relatat mal-kontenut minn kollegi minn dipartimenti oħra. Il-kontijiet li nsegwu mhumiex indikazzjoni li qed napprovaw dawn il-kontijiet jew il-kontenut li jikkondividu. Aħna nużaw numru ta' hashtags (#) eżistenti jew ġodda sabiex ningħaqdu ma' konverżazzjonijiet ta' grupp u biex inkunu nistgħu nipparteċipaw f'dibattiti rilevanti. Madankollu, ma nistgħux nassumu responsabbiltà għal kwalunkwe kontenut taħt dawn il-hashtags li ma ġewx żviluppati minna.
Jekk tinġibdilna l-attenzjoni dwar xi żbalji, aħna nippruvaw nikkoreġuhom. Ma nassumux responsabbiltà għall-kontenut jew l-attivitajiet ta' xi parti terza jew sit estern.
L-intenzjoni tagħna hi li nwieġbu kemm jista' jkun mistoqsijiet fl-iqsar żmien possibbli. Ma weġibniex tiegħek? Jekk jogħġbok għarrafna dwar dan fl-indirizz elettroniku ta' hawn taħt.

Ritratti
Dment li ma jkunx stipulat mod ieħor, l-Unjoni Ewropea għandha d-dritt tal-awtur fuq ir-ritratti kollha ppubblikati fuq il-kanali tagħna. Ir-ritratti ©European Union jistgħu jintużaw liberament bil-kundizzjoni li jissemma s-sors. M'għandhomx jintużaw għal skopijiet kummerċjali jew b'xi mod offensiv. Nagħmlu l-almu tagħna biex niżguraw li l-kontenut kollu fuq il-mezzi tagħna jikkonforma mar-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data (UE). Jekk, madankollu, taħseb li nkisru d-drittijiet tiegħek għall-privatezza jew il-proprjetà intellettwali tiegħek, jekk jogħġbok ikkuntattjana permezz tal-posta elettronika.

Data personali
Għal finijiet ta' statistika, niġbru data aggregata dwar l-utenti tagħna fuq il-pjattaformi tal-midja soċjali. Aħna nużaw Talkwalker biex niġbru u nivviżwalizzaw data aggregata għal riċerka statistika u fl-ebda każ ma nipproċessaw id-data personali tas-segwaċi tagħna. Il-ġbir ta' data hu kopert mit-termini tal-użu u l-ftehim tal-liċenzja ta' kull waħda mill-pjattaformi tal-midja soċjali.

Għal aktar informazzjoni, jekk jogħġbok ikkuntattja:
socialmedia@cor.europa.eu
Aġġornat l-aħħar: Ġunju 2019

Protezzjoni tad-Data Personali

L-Unjoni Ewropea għandha impenn għall-privatezza tal-utent. Il-politika dwar il-protezzjoni ta' persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet tal-UE hija bbażata fuq ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta' persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE.

Din il-politika ġenerali tkopri l-familja ta' siti web istituzzjonali tal-Unjoni Ewropea, fi ħdan id-dominju europa.eu.

Minkejja li tista' tibbrawżja fil-biċċa l-kbira ta' dawn is-siti web mingħajr ma tagħti l-ebda informazzjoni dwarek, f'xi każijiet tkun meħtieġa informazzjoni personali sabiex tingħata s-servizzi elettroniċi li titlob.

Is-siti web li jirrikjedu informazzjoni bħal din jittrattawha skont il-politika deskritta fir-Regolament imsemmi hawn fuq u jipprovdu informazzjoni dwar l-użu tad-data tiegħek fid-dikjarazzjonijiet speċifiċi tagħhom dwar il-politika tal-privatezza.

F'dan ir-rigward:

  • għal kull servizz elettroniku speċifiku, kontrollur se jiddetermina l-għanijiet u l-mezzi tal-ipproċessar tad-data personali u jiżgura l-konformità tas-servizz elettroniku speċifiku mal-politika tal-privatezza;
  • f'kull Istituzzjoni, Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data se jiżgura li d-dispożizzjonijiet tar-Regolament jiġu applikati u jagħti pariri lill-kontrolluri dwar it-twettiq tal-obbligi tagħhom (ara l-Artikoli 43 sa 45 tar-Regolament);
  • għall-istituzzjonijiet kollha, il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data se jaġixxi bħala awtorità ta' superviżjoni indipendenti (ara l-Artikoli 52 sa 60 tar-Regolament).

Il-familja ta' siti web istituzzjonali tal-Unjoni Ewropea, fid-dominju europa.eu, tipprovdi links għal siti terzi. Peress li ma nikkontrollawhomx, inħeġġuk taqra l-politiki tal-privatezza tagħhom.

X'inhu servizz elettroniku?

Servizz elettroniku fuq EUROPA huwa servizz jew riżorsa disponibbli fuq l-internet sabiex tittejjeb il-komunikazzjoni bejn iċ-ċittadini u n-negozji fuq naħa u l-istituzzjonijiet Ewropej fuq in-naħa l-oħra.

Tliet tipi ta' servizzi elettroniċi huma jew se jkunu offruti mill-EUROPA:

  • Servizzi ta' informazzjoni li jipprovdu liċ-ċittadini, lill-midja, lin-negozji, lill-amministrazzjonijiet u lil oħrajn li jieħdu d-deċiżjonijiet b'aċċess faċli u effettiv għall-informazzjoni, u b'hekk iżidu t-trasparenza u l-fehim fir-rigward tal-politiki u l-attivitajiet tal-UE.
  • Servizzi ta' komunikazzjoni interattivi li jippermettu kuntatti aħjar maċ-ċittadini, in-negozji, is-soċjetà ċivili u l-atturi pubbliċi, u b'hekk jiffaċilitaw konsultazzjonijiet dwar politiki, u mekkaniżmi ta' feedback, sabiex jikkontribwixxu għat-tfassil tal-politiki, l-attivitajiet u s-servizzi tal-UE.
  • Servizzi ta' tranżazzjonijiet li jippermettu l-aċċess għall-forom bażiċi kollha ta' tranżazzjonijiet mal-UE, eż. akkwisti, operazzjonijiet finanzjarji, reklutaġġ, reġistrazzjoni għal avvenimenti, akkwist jew xiri ta' dokumenti, eċċ.

Informazzjoni fi stqarrija ta' privatezza speċifika

Stqarrija speċifika tal-politika ta' privatezza se tinkludi l-informazzjoni li ġejja dwar l-użu tad-data tiegħek:

  • liema informazzjoni tinġabar, għal liema raġuni u b'liema mezzi tekniċi l-UE tiġbor informazzjoni personali esklużivament sa fejn hemm bżonn biex jintlaħaq għan speċifiku. L-informazzjoni mhux se terġa' tintuża għal skopijiet inkompatibbli;
  • lil min se tingħata l-informazzjoni tiegħek. L-UE tiżvela biss l-informazzjoni lil partijiet terzi jekk dan ikun meħtieġ biex jintlaħaq/jintlaħqu l-iskop(ijiet) identifikat(i) hawn fuq u lill-(kategoriji) ta' riċevituri msemmija. Il-KtR mhux se jiddivulga d-data personali tiegħek għal skopijiet ta' kummerċjalizzazzjoni diretta.
  • kif tista' taċċessa l-informazzjoni personali tiegħek, tivverifika l-eżattezza tagħha u, jekk meħtieġ, tirranġaha. Bħala s-suġġett tad-data għandek ukoll id-dritt li toġġezzjona għall-ipproċessar tad-data personali tiegħek għal raġunijiet leġittimi konvinċenti, ħlief meta tkun miġbura sabiex ikun hemm konformità ma' obbligu legali, jew tkun meħtieġa għat-twettiq ta' kuntratt li inti parti tiegħu, jew se tiġi użata għal skop li għalih inti tkun tajt il-kunsens mingħajr ambigwità tiegħek;
  • għal kemm żmien tinżamm id-data tiegħek. L-UE żżomm biss id-data għaż-żmien meħtieġ biex jintlaħaq l-għan tal-ġbir jew ipproċessar ulterjuri;
  • x'inhuma l-miżuri ta' sigurtà meħuda biex it-tagħrif tiegħek jiġi ssalvagwardjat mill-possibbiltà ta' użu ħażin jew aċċess mhux awtorizzat;
  • lil min tikkuntattja jekk ikollok mistoqsijiet jew ilmenti?

Kif nittrattaw l-e-mails li tibagħtilna?

Ħafna paġni web fuq Europa għandhom buttuna ta' “Kuntatt", li tattiva s-softwer tal-email tiegħek u tistiednek biex tibgħat il-kummenti tiegħek f'kaxxa postali funzjonali speċifika.

Meta tibgħat messaġġ ta' dan it-tip, id-data personali tiegħek tinġabar biss skont kif meħtieġ għat-tweġiba. Jekk it-tim tal-immaniġġjar tal-kaxxa postali ma jkunx jista' jwieġeb il-mistoqsija tiegħek, hu jgħaddi l-email tiegħek lil servizz ieħor. Inti tiġi infurmat, b'email, dwar liema servizz tkun ġiet mgħoddija lilu l-mistoqsija tiegħek.

Jekk ikollok xi mistoqsijiet dwar l-ipproċessar tal-email tiegħek u d-data personali relatata, toqgħodx lura milli tinkludihom fil-messaġġ tiegħek.

Dokumenti

  • Privacy statement (Recording of the Bureau, Plenary session and the Conference of Presidents)

  • Privacy statement (Recording of external meetings of the Bureau)

  • DEĊIŻJONI Nru 0015/2018 dwar ir-reġistrazzjoni ta' attivitajiet imwettqa mill-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni

    Lingwi disponibbli (23)
    1. български(98.64 KB-DOCX)Niżżel id-dokument
      РЕШЕНИЕ 0015/2018 относно записването на дейностите на Европейския комитет на регионите
    2. Čeština(151.98 KB-DOCX)Niżżel id-dokument
      ROZHODNUTÍ č. 0015/2018 o záznamu činností vykonávaných Evropským výborem regionů
    3. dansk(148.68 KB-DOCX)Niżżel id-dokument
      AFGØRELSE nr. 0015/2018 om optagelse af aktiviteter i Det Europæiske Regionsudvalg
    4. Deutsch(90.23 KB-DOCX)Niżżel id-dokument
      BESCHLUSS Nr. 0015/2018 über die Aufzeichnung von Tätigkeiten des Europäischen Ausschusses der Regionen
    5. ελληνικά(102.82 KB-DOCX)Niżżel id-dokument
      ΑΠΟΦΑΣΗ αριθ. 0015/2018 σχετικά με την εγγραφή των δραστηριοτήτων της Ευρωπαϊκής Επιτροπής των Περιφερειών
    6. English(221.09 KB-PDF)Niżżel id-dokument
    7. español(95.33 KB-DOCX)Niżżel id-dokument
      DECISIÓN No 00152018 sobre la grabación de actividades efectuadas por el Comité Europeo de las Regiones
    8. eesti(148.31 KB-DOCX)Niżżel id-dokument
      Juhatuse otsus nr0015/2018 Euroopa Regioonide Komitee tegevuse salvestamise kohta
    9. suomi(89.59 KB-DOCX)Niżżel id-dokument
      PÄÄTÖS N:o 0015/2018 Euroopan alueiden komitean toiminnan tallentamisesta
    10. français(225.39 KB-PDF)Niżżel id-dokument
    11. Gaeilge(86.82 KB-DOCX)Niżżel id-dokument
      CINNEADH Uimh. 00152018 maidir le taifeadadh gníomhaíochtaí arna ndéanamh ag Coiste Eorpach na Réigiún
    12. hrvatski(90.67 KB-DOCX)Niżżel id-dokument
      ODLUKA br. 0015/2018 o snimanju aktivnosti Europskog odbora regija
    13. magyar(89.44 KB-DOCX)Niżżel id-dokument
      0015/2018. sz. HATÁROZAT a Régiók Európai Bizottsága tevékenységeiről történő felvételkészítésről
    14. italiano(99.47 KB-DOCX)Niżżel id-dokument
      Decisione n. 0015/2018 concernente la registrazione delle attività svolte dal Comitato europeo delle regioni
    15. lietuvių(146.33 KB-DOCX)Niżżel id-dokument
      SRENDIMAS Nr. 0015/2018 dėl Europos regionų komiteto vykdomos veiklos įrašų
    16. latviešu(89.42 KB-DOCX)Niżżel id-dokument
      LĒMUMS Nr.0015/2018 par Eiropas Reģionu komitejas rīkoto pasākumu ierakstiem
    17. Nederlands(94.25 KB-DOCX)Niżżel id-dokument
      BESLUIT nr. 0015/2018 betreffende het maken van opnamen van activiteiten van het Europees Comité van de Regio's
    18. polski(145.69 KB-DOCX)Niżżel id-dokument
      DECYZJA nr 0015/2018 w sprawie nagrywania działań podejmowanych przez Europejski Komitet Regionów
    19. português(95.33 KB-DOCX)Niżżel id-dokument
      DECISÃO n.º 15/2018 sobre a gravação das atividades do Comité das Regiões Europeu
    20. română(100.41 KB-DOCX)Niżżel id-dokument
      DECIZIA nr. 0015/2018 privind înregistrarea activităților realizate de Comitetul European al Regiunilor
    21. slovenčina(133.5 KB-DOCX)Niżżel id-dokument
      Rozhodnutie Európskeho výboru regiónov č. 0015/2018 o zaznamenávaní činností Európskeho výboru regiónov
    22. slovenščina(87.75 KB-DOCX)Niżżel id-dokument
      SKLEP št. 0015/2018 o snemanju dejavnosti Evropskega odbora regij
    23. svenska(95.76 KB-DOCX)Niżżel id-dokument
      BESLUT nr 00152018 om ljud- eller bildupptagning av Europeiska regionkommitténs aktiviteter
    Qed tfittex lingwa li mhijiex fil-lista?  Hawnhekk issib spjegazzjoni.
Ikkondividi:
 
Back to top