Politika lingwistika 

L-għan tagħna huwa li nipprovdulek informazzjoni fil-lingwa tiegħek stess − jew xi lingwa li inti tifhem − skont it-tip ta’ informazzjoni li qed tfittex.
Taqsimiet

Lingwi uffiċjali tal-UE 

Il-Bulgaru, il-Kroat, iċ-Ċek, id-Daniż, in-Netherlandiż, l-Ingliż, l-Estonjan, il-Finlandiż, il-Franċiż, il-Ġermaniż, il-Grieg, l-Ungeriż, l-Irlandiż, it-Taljan, il-Latvjan, il-Litwan, il-Malti, il-Pollakk, il-Portugiż, ir-Rumen, is-Slovakk, is-Sloven, l-Ispanjol u l-Isvediż. 

Il-lingwi li bihom jiġu ppubblikati t-tipi differenti ta’ informazzjoni fuq is-sit web tal-Kumitat tar-Reġjuni ​ 

  • L-istruttura tan-navigazzjoni tas-sit web tiġi ppubblikata bil-lingwi uffiċjali tal-UE. 
  • Tagħrif ġeneralijiġi ppubblikat bil-lingwi uffiċjali tal-UE meta u hekk kif jiġi tradott. 
  • Dokumenti uffiċjali, dokumenti ta' importanza politika, dokumenti u informazzjoni dwar is-sessjonijiet plenarji jiġu ppubblikati bil-lingwi uffiċjali kollha tal-UE.
  • Informazzjoni li tkun urġenti jew li jkollha ċiklu ta' ħajja qasir (aħbarijiet, avvenimenti, eċċ.) ma tiġix ippubblikata bil-lingwi kollha. L-għażla tal-lingwa(i) tiddependi minn lejn min hija mmirata l-informazzjoni. 
  • Informazzjoni speċjalizzata (informazzjoni teknika, xogħol li għadu għaddej, sejħiet għall-offerti) tiġi ppubblikata l-iżjed bl-Ingliż. 
  • Informazzjoni mmirata nazzjonali u reġjonali (L-Ewropa fir-reġjun tiegħi) tiġi ppubblikata bil-lingwa tal-pajjiż. 
  • Il-formoli ta' kuntatt u t-tweġibiet għall-messaġġi tiegħek jistgħu jintbagħtu bi kwalunke lingwa uffiċjali tal-UE u t-tweġibiet jingħataw bl-istess lingwa fejn possibbli. Biex tiġi żgurata tweġiba fil-pront, tintalab lingwa alternattiva preferuta (Ingliż, Franċiż jew Ġermaniż).​

Sorpriż li xi informazzjoni mhijiex disponibbli bil-lingwa tiegħek? 

Il-viżitaturi tas-sit web xi kultant ikunu sorpriżi li xi paġna mhijiex disponibbli bil-lingwa tagħhom. Ġeneralment, il-lingwi disponibbli fuq is-sit web tal-Kumitat tar-Reġjuni jiddependu mil-limitazzjonijiet li ġejjin: 

  • l-importanza (legali) – il-pubbliku jrid ikollu aċċess għad-dokumenti uffiċjali kollha, jiġifieri dawn jiġi prodotti fil-lingwi uffiċjali kollha. Xi dokumenti oħra jiġu tradotti biss fil-lingwi li jkunu meħtieġa (pereżempju, il-komunikazzjoni ma’ awtoritajiet nazzjonali, organizzazzjonijiet jew individwi); 
  • l-urġenza − biex tkun rilevanti, ċerta informazzjoni trid tiġi ppubblikata malajr. Peress li t-traduzzjoni tieħu l-ħin, nippreferu nippubblikaw malajr fil-lingwi mifhuma mill-ikbar għadd ta’ Ewropej, milli nistennew it-traduzzjonijiet fil-lingwi kollha; 
  • kosteffettività − sabiex jiġu ffrankati l-flus tal-kontribwenti tat-taxxi, għal paġni speċjalizzati ħafna li jiġu kkonsultati minn għadd żgħir ta’ nies, l-għan huwa li jiġi żgurat li l-biċċa l-kbira tan-nies tkun tista’ tifhem l-essenza tal-informazzjoni; 
  • limitazzjonijiet tekniċi − il-ġestjoni ta’ sit web f’aktar minn 20 lingwa hija kumplessa ħafna, u tirrikjedi ħafna riżorsi umani u finanzjarji; 
  • it-traduzzjoni − għandna biss (aċċess għal) għadd limitat ta’ tradutturi u baġit limitat għat-traduzzjoni (dan kollu jiġi mill-flus tal-kontribwenti tat-taxxi). 

Madankollu, fuq għadd ta’ paġni noffrulek il-possibbiltà li titlob traduzzjoni awtomatika pprovduta mis-servizz eTranslation tal-Kummissjoni Ewropea: 

  • it-traduzzjoni awtomatika tista’ tagħtik idea bażika tal-kontenut f’lingwa li tifhem. Madankollu, wieħed għandu jżomm f’moħħu li din ma tinvolvi l-ebda intervent uman u li l-kwalità u l-akkuratezza tat-traduzzjoni awtomatika tista’ tvarja minn test għal ieħor u bejn pari ta’ lingwi differenti. 

Nilqgħu l-feedback tiegħek dwar it-traduzzjoni awtomatika! Tista’ tibgħat il-feedback tiegħekhawnhekk​.​

Ikkondividi :
 
Back to top