Cookies 

Biex dan is-sit web jaħdem sew, xi drabi nqiegħdu fajls żgħar ta’ dejta fuq l-apparat tiegħek, magħrufin bħala cookies. Il-biċċa l-kbira tas-siti jagħmlu dan ukoll.​

Taqsimiet

X'inhum​a l-cookies?

Cookie hija fajl żgħir ta' test li sit web jissejvja fuq il-kompjuter jew mowbajl tiegħek meta żżur is-sit. Din tippermetti lis-sit web li jiftakar l-azzjonijiet u l-preferenzi tiegħek (bħal-login, il-lingwa, id-daqs tat-tipa u preferenzi oħrajn) matul perjodu ta’ żmien, biex ma jkollokx toqgħod tissettjahom kull darba li terġa’ żżur is-sit jew tibbrawżja minn paġna għal oħra.

Kif nuż​awhom il-cookies?

Uħud mill-paġni tagħna jużaw cookies minn partijiet terzi biex:

  • jiġbru statistika anonima dwar liema paġni żort u kif wasalt għalihom
  • jipprovdulek kontenut inkorporat (embedded), pereżempju vidjows mill-YouTube jew slideshows mill-Flickr
  • tkun tista' taqsam ma' oħrajn il-paġni li jogħġbuk fis-siti favoriti tiegħek tal-midja soċjali
  • tinżamm nota dwar jekk qbiltx (jew le) li nużaw il-cookies f'dan is-sit

Dawn il-cookies mhumiex assolutament meħtieġa biex is-sit web jaħdem imma permezz tagħhom tkun tista' tibbrawżja aħjar. Tista' tħassar jew timblokka dawn il-cookies, imma jekk tagħmel dan xi features ta' dan is-sit jistgħu ma jaħdmux kif suppost.

Jekk tara vidjow tal-YouTube f'dan is-sit web, ser tirċievi cookie minn www.youtube.com. Meta tikklikkja fuq il-vidjow, nassumu li taqbel li tintuża din il-cookie.

L-informazzjoni relatata mal-cookies ma tintużax biex tidentifikak personalment, u l-Kumitat tar-Reġjuni ma jużaha għall-ebda fini oħra apparti dawk imsemmija hawn fuq.

Nużaw​​ cookies oħra?

Uħud mill-paġni jew siti web sekondarji tagħna jistgħu jużaw cookies addizzjonali jew differenti minn dawk imsemmija hawn fuq. F'dak il-każ, id-dettalji ta' dawn jiġu provduti fil-paġna ta' avviz speċifika tagħhom. Tista' tintalab tagħti l-approvazzjoni tiegħek li tissejvja dawn il-cookies.

Kif tikkon​​trolla l-cookies

Tista’ tikkontrolla u/jew tħassar il-cookies kif tixtieq – għad-dettalji, ara aboutcookies.org. Tista’ tħassar il-cookies kollha li huma diġà fuq il-kompjuter tiegħek u tista’ tissettja l-parti l-kbira tal-brawżers biex jimblukkawhom milli jiġu maħżuna. Iżda jekk tagħmel dan, għandu mnejn ikollok toqgħod tissettja l-preferenzi manwalment kull darba li żżur is-sit u xi servizzi u funzjonalitajiet jistgħu ma jaħdmux.

Tibdil ta​​​s-settings tiegħek

Tista' tibdel is-settings tiegħek hawn isfel.


Ikkondividi:
 
Back to top