Membri  

Il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni (KtR) għandu 329 membru li jirrappreżentaw l-awtoritajiet lokali u reġjonali minn kull wieħed mis-27 Stat Membru tal-UE. Huma jiltaqgħu f’ sessjoni plenarja fi Brussell bejn 5 u 6 darbiet fis-sena biex jiddiskutu l-prijoritajiet politiċi u jadottaw opinjonijiet dwar il-leġislazzjoni tal-UE.

Il-membri jridu jkunu eletti b’mod demokratiku u/jew ikollhom mandat politiku f’pajjiżhom. Kull gvern nazzjonali jipproponi r-rappreżentanti reġjonali u lokali tiegħu (membri u sostituti) – delegazzjonijiet nazzjonali – li jeħtieġ li jiġu approvati mill-Kunsill tal-UE.

F’April 2019, il- Bureau adotta strateġija bil-għan li l-parteċipazzjoni tal-membri tal-KtR jkollha bilanċ bejn il-ġeneri​.

Il-membri tal-KtR jiġu raggruppati skont l-affiljazzjoni politika tagħhom – u l-oqsma ta’ interess il-kummissjonijiet.

Għal aktar informazzjoni, agħti ħarsa lejn il- Portal tal-Membri, il- Kodiċi ta’ Kondotta għall-membri tal-KtR u r- Regoli ta’ Proċedura tal-KtR.