L-Assemblea tal-UE tar-Rappreżentanti Reġjonali u Lokali
Tinsab hawnhekk > Home > Ħu sehem > Żur il-KtR > Irriserva ż-żjara tiegħek
Help us improve. Did you find what you wanted? - Please leave us a comment:
Your update was successful.
Ħu sehem
Irriserva ż-żjara tiegħek

Il-Kumitat tar-Reġjuni (KtR) jorganizza żjarat ta' informazzjoni għall-membri tal-pubbliku li jkunu jixtiequ jsiru jafu dwar kif jopera l-KtR u dwar ir-rwol tar-reġjuni fit-tfassil tal-leġislazzjoni tal-Unjoni Ewropea.

Il-preżentazzjoni, li ssir minn uffiċjal tal-KtR, ġeneralment iddum siegħa u tinkludi introduzzjoni ġenerali dwar il-Kumitat. Iż-żjarat huma organizzati bejn id-9.30 a.m. u l-4.30 p.m. mit-Tnejn sal-Ħamis, u sas-2.30 p.m. nhar ta’ Ġimgħa.

It-talbiet għandhom jintbagħtu lis-Servizz tal-Viżitaturi xahrejn qabel u għandhom jinkludu l-informazzjoni li ġejja:

  • in-numru ta' parteċipanti,
  • it-tip ta' grupp,
  • il-lingwi mitkellma,
  • l-età tal-parteċipanti,
  • id-dettalji ta' kuntatt tal-mexxej tal-grupp (isem, indirizz, numru tat-telefown, numru tal-faks u indirizz elettroniku).

Jekk jogħġbok uża l-formola "kwestjonarju" għat-talba tiegħek ( EN - DE - FR ).

Infakkruk li:

  • grupp irid ikollu mill-inqas 15-il parteċipant,
  • il-parteċipanti għandu jkollhom mill-inqas 14-il sena.

Għal aktar informazzjoni, ikkuntattja lil:

Kumitat tar-Reġjuni
Direttorat għall-Komunikazzjoni, l-Istampa u l-Protokoll
Servizz tal-Viżitaturi (Klaus Hullmann, Françoise Dumont)
Rue Belliard/Belliardstraat 99-101
1040 Bruxelles/Brussel
Tel.: + 32 (0) 2 282 2301/2124
Faks:+ 32 (0) 2 282 23 42
Indirizz elettroniku: visitesCdR@cor.europa.eu

Informazzjoni relatata
Dokumenti