Is-Segretarju Ġenerali: Jiří Buriánek

Jiří Buriánek


Bħala Segretarju Ġenerali tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni (KtR), jien sirt kap ta’ amministrazzjoni ta’ 600 impjegat taċ-ċivil li timplimenta d-deċiżjonijiet meħuda mill-korpi politiċi tal-KtR, l-assemblea tar-rappreżentanti reġjonali u lokali, il-Bureau, il-Konferenza tal-Presidenti tal-gruppi politiċi u l-President, u tappoġja l-membri fl-attivitajiet leġislattivi u politiċi tagħhom.

Jien nappoġġa lill-President fir-rappreżentanza tal-interessi tal-KtR fir-rigward tal-istituzzjonijiet u l-korpi Ewropej l-oħra u namministra l-affarijiet ta’ kuljum marbuta mal-amministrazzjoni, l-baġit u l-komunikazzjoni.

Iċ-ċittadini tal-Ewropa qed isejħu għal bidla fl-involviment tagħhom f’oqsma li jinteressawhom l-iktar. Hemm mandat ċar għall-istituzzjonijiet kollha tal-UE biex nisimgħu liċ-ċittadini aktar u nuruhom li huma importanti. Ninsab konvint li l-KtR, bħala rappreżentant tal-politiċi lokali u reġjonali eletti li huma l-eqreb lejn iċ-ċittadini, jista’ jkollu rwol importanti f’dan il-kuntest.

Ikklikkja hawn għal aktar informazzjoni dwari, it-tim tiegħi u l-ħidma tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni.

Jiří Buriánek
Segretarju Ġenerali tal-Kumitat tar-Reġjuni


Informazzjoni relatata
 

 Upcoming events

 
 

 Media links

 
 

 Strategic papers