Curriculum vitae
​Jiří Buriánek

Jiří Buriánek twieled fi Praga fir-Repubblika Ċeka (dik li qabel kienet iċ-Ċekoslovakkja) fl-1 ta' Settembru 1956. Fi żmien ir-Rebbiegħa ta' Praga fl-1968 huwa emigra mal-familja tiegħu lejn il-Ġermanja.


Studja l-ġurisprudenza bi speċjalizzazzjoni fil-Ġestjoni tas-Settur Pubbliku fl-Università ta' Passau u għadda mill-Ewwel Eżami Statali fil-Ġurisprudenza fl-1983. Huwa kompla l-edukazzjoni tiegħu b'suċċess u għadda mit-Tieni Eżami Statali fil-Ġurisprudenza f'Munich fl-1987 u kompla jistudja biex kiseb id-Dottorat (PhD) fil-Liġi Ewropea.


Wara li ggradwa mill-università, fl-1988 Jiří Buriánek beda karriera legali illustra u għal diversi snin ħadem bħala maniġer f'entitajiet kbar differenti fis-settur pubbliku Ġermaniż. Nieda formalment il-karriera tiegħu fl-Affarijiet Ewropej fl-1993 meta mar Brussell bħala espert għall-industriji li jużaw netwerk (is-settur postali) u wara laħaq Segretarju Ġenerali ta' PostEurop - il-fergħa Ewropea tal-Aġenzija Speċjali tan-Nazzjonijiet Uniti, l-Unjoni Postali Universali (UPU).


F'din il-kariga, huwa kkordina u rrappreżenta l-interessi ta' 42 Fornitur ta' Servizzi Universali nazzjonali Ewropej mal-istituzzjonijiet Ewropej u entitajiet internazzjonali u beda proġett strateġiku mill-qrib ibbażat fuq il-kooperazzjoni operattiva mal-Kummissjoni Ewropea.


Fl-2000 ingħata MBA fil-Politika dwar l-IT u t-Telekomunikazzjoni mill-United Business Institutes fi Brussell. Fl-2001 beda l-ħidma tiegħu mal-Kummissjoni Ewropea bħala Maniġer dwar it-Tkabbir għad-Direttorat Ġenerali għaċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka.
Mill-2006 kien Direttur responsabbli mir-Riċerka, l-Industrija u l-Innovazzjoni u aktar tard mit-Trasport, it-Telekomunikazzjoni u l-Enerġija fis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.


Fl-24 ta' Ġunju 2014 ġie elett formalment bħala s-Segretarju Ġenerali tal-Kumitat tar-Reġjuni u beda l-ħatra tiegħu mill-1 ta' Settembru tal-istess sena.

Informazzjoni relatata