Cookies 

Biex dan is-sit jaħdem kif suppost, kultant inpoġġu fajls żgħar ta’ data, magħrufin bħala cookies, fuq l-apparat tiegħek. Il-biċċa l-kbira tas-siti ewlenin jagħmlu dan ukoll.

Taqsimiet

X’inhuma l-cookies?

Cookie hija fajl żgħir ta’ test li sit web jaħżen fuq il-kompjuter jew l-apparat mobbli tiegħek meta żżur is-sit. 

  • Il-cookies tal-ewwel parti huma cookies stabbiliti mis-sit web li tkun qed iżżur. Dan is-sit web biss jista’ jaqrahom. Barra minn hekk, sit web jista’ potenzjalment juża servizzi esterni, li jistabbilixxu wkoll il-cookies tagħhom stess, magħrufa bħala cookies ta’ partijiet terzi
  • Cookies persistenti huma cookies issejvjati fuq il-kompjuter tiegħek u li ma jitħassrux awtomatikament meta tagħlaq il-brawżer tiegħek, għall-kuntrarju ta’ cookie ta’ sessjoni, li titħassar hekk kif tagħlaq il-brawżer tiegħek. 

Kull darba li żżur is-sit web tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni, tintalab taċċetta jew tirrifjuta l-cookies

L-għan huwa li s-sit ikun jista’ jiftakar il-preferenzi tiegħek għal ċertu perjodu ta’ żmien. 

B’dan il-mod, m’għandekx għalfejn terġa’ ddaħħalhom waqt li tkun qed tibbrawżja s-sit fl-istess żjara. 

Il-cookies jistgħu jintużaw ukoll biex tiġi stabbilita statistika anonimizzata dwar l-esperjenza tal-ibbrawżjar fis-siti tagħna. 

Kif nużaw il-cookies?

Is-siti web tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni jużaw prinċipalment il-“cookies tal-ewwel parti”. Dawn huma cookies stabbiliti u kkontrollati mill-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni jew mill-Kummissjoni Ewropea, mhux minn organizzazzjoni esterna. 

Madankollu, biex tara xi wħud mill-paġni jew il-kontenut speċifiku tagħna, ikollok taċċetta cookies minn organizzazzjonijiet esterni. 

It-3 tipi ta’ cookies tal-ewwel parti li nużaw huma biex: 

  • naħżnu l-preferenzi tal-viżitaturi; 
  • nagħmlu s-siti web tagħna operattivi; 
  • niġbru data analitika anonimizzata (dwar l-imġiba tal-utent). 

Preferenzi tal-viżitaturi

Dawn huma stabbiliti minna u nistgħu naqrawhom aħna biss. Jiftakru: 

  • jekk qbiltx mal-politika dwar il-cookies ta’ dan is-sit (jew irrifjutajtha) 

Isem: eu_cookie_consentServizz: Kit ta’ kunsens għall-cookiesGħan: Jaħżen il-preferenzi tal-cookies (biex ma nerġgħux nistaqsuk għalihom)Tip ta’ cookie u tul ta’ żmien: Cookie ta’ sessjoni tal-ewwel parti li titħassar wara li tagħlaq il-brawżer tiegħekIsem: cck3Servizz: Kit ta’ kunsens għall-cookiesGħan: Jaħżen il-preferenzi tal-cookies ta’ partijiet terzi (biex ma nerġgħux nistaqsuk għalihom)Tip ta’ cookie u tul ta’ żmien: Cookie ta’ sessjoni tal-ewwel parti li titħassar wara li tagħlaq il-brawżer tiegħekIsem: cck3Servizz: Kit ta’ kunsens għall-cookiesGħan: Jaħżen il-preferenzi tal-cookies tiegħek (biex ma nerġgħux nistaqsuk għalihom)Tip ta’ cookie u tul ta’ żmien: Cookie persistenti tal-ewwel parti, 6 xhur

Cookies operattivi

Hemm ċerti cookies li rridu ninkludu biex paġni web partikolari jiffunzjonaw, u għalhekk ma jeħtiġux il-kunsens tiegħek. B’mod partikolari: 

  • cookies ta’ awtentikazzjoni;
  • cookies tekniċi meħtieġa minn ċerti sistemi tal-IT. 

Cookies analitiċi

Dawn nużawhom purament għar-riċerka interna dwar kif nistgħu ntejbu s-servizz li nipprovdu għall-utenti kollha tagħna. 

Il-cookies sempliċement jivvalutaw kif tinteraġixxi mas-sit web tagħna – bħala utent anonimu (id-data miġbura ma tidentifikakx personalment). 

Barra minn hekk, din id-data ma tiġi kondiviża mal-ebda parti terza jew ma tintuża għal ebda għan ieħor. L-istatistika anonimizzata tista’ tiġi kondiviża ma’ kuntratturi li jaħdmu fuq proġetti ta’ komunikazzjoni taħt ftehim kuntrattwali mal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni jew mal-Kummissjoni. 

Madankollu, inti dejjem għandek l-għażla li tirrifjuta dawn it-tipi ta’ cookies – permezz tal-istrixxun tal-cookies li tara fl-ewwel paġna li żżur jew fuq Europa Analytics.

Isem: _pk_id#Servizz: Servizz tal-analitika tal-web f’livell korporattiv, abbażi tas-software b’sors miftuħ Piwik proGħan: Jirrikonoxxi l-viżitaturi tas-sit web (b’mod anonimu – ma tinġabar ebda informazzjoni personali dwar l-utent)Tip ta’ cookie u tul ta’ żmien: Cookie persistenti tal-ewwel parti, 13-il xaharIsem: _pk_ses#Servizz: Servizz tal-analitika tal-web f’livell korporattiv, abbażi tas-software b’sors miftuħ Piwik proGħan: Jidentifika l-paġni li l-istess utent jara waqt l-istess żjara (b’mod anonimu – ma tinġabar ebda informazzjoni personali dwar l-utent) Tip ta’ cookie u tul ta’ żmien: Cookie persistenti tal-ewwel parti, 30 minuta

Cookies ta’ partijiet terzi

Xi wħud mill-paġni tagħna juru kontenut minn fornituri esterni, eż. YouTube, Facebook u Twitter. 

Biex tara dan il-kontenut ta’ parti terza, l-ewwel trid taċċetta t-termini u l-kundizzjonijiet speċifiċi tagħhom. Dan jinkludi l-politiki tagħhom dwar il-cookies, li ma għandniex kontroll fuqhom. 

Iżda jekk ma tarax dan il-kontenut, ma tiġi installata l-ebda cookie ta’ partijiet terzi fuq l-apparat tiegħek. 

Fornituri terzi fis-sit web tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni

You TubeTwitterMicrosoftDynamics365 FacebookGoogleLinkedInLivestreamKummissjoni EwropeaParlament Ewropew

Dawn is-servizzi ta’ partijiet terzi mhumiex fil-kontroll tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni. Il-fornituri jistgħu, fi kwalunkwe ħin, jibdlu t-termini tagħhom ta’ servizz, l-għan u l-użu tal-cookies, eċċ. 

Kif tista’ timmaniġġja l-cookies?

It-tneħħija ta’ cookies mill-apparat tiegħek

Tista’ tħassar il-cookies kollha li diġà jinsabu fuq l-apparat tiegħek billi tħassar l-istorja tal-ibbrawżjar tal-brawżer tiegħek. B’hekk tneħħi l-cookies kollha mis-siti web kollha li żort. 

Kun af madankollu li tista’ titlef ċerta informazzjoni ssejvjata (eż. dettalji tal-login issejvjati, preferenzi b’rabta ma’ siti partikolari). 

L-immaniġġjar ta’ cookies speċifiċi għal sit partikolari

Biex tikkontrolla b’mod aktar dettaljat il-cookies speċifiċi għal sit, iċċekkja l-konfigurazzjonijiet ta’ privatezza u tal-cookies fil-brawżer preferut tiegħek. 

Imblukkar tal-cookies

Tista’ tissettja l-biċċa l-kbira tal-brawżers moderni biex ma tħallix li xi cookies jitqiegħdu fuq l-apparat tiegħek, iżda mbagħad jista’ jkollok tirranġa ċerti preferenzi manwalment kull darba li żżur sit/paġna. Barra minn hekk, ċerti servizzi u funzjonalitajiet jistgħu ma jaħdmux sew (eż. konnessjoni permezz ta’ profil). 

Il-ġestjoni tal-cookies analitiċi tagħna

Tista’ timmaniġġja l-preferenzi tiegħek dwar il-cookies minn Europa Analytics fuq il-paġna ddedikata għal dan: Europa Analytics.

Ikkondividi :
 
Back to top